Illum
Il-Gimgha 3 ta' Lulju 2009
Qari tal-Lum
Atti 14:5-18; S 115; Gw 14:21-26

Il-Qaddis
tal-Jum

Ferja

Mill-hwienet 'Il-Qarrej Nisrani'

Ghal aktar taghrif dwar il-hwienet , tista' tmur fil-pagna  'Il-Qarrej Nisrani'

Sett ta' sitt riproduzzjonijiet mill-Kotba Korali ta' L'Isle Adam.
Prezz  LM7.50  €17.47

Fil-Muzew tal-Konkattidral ta'San Gwann, il-Belt, jinstab sett shih ta' ghaxar volumi korali liturgici ta' zmien il-Granmastru L-Isle Adam, li kienu jintuzaw waqt il-quddiesa. F'kull volum jinstabu 24 inizjali - l-ewwel ittra tal-ewwel kelma fl-ewwel linja - dekorati b'mod eccezzjonali u li juru minjaturi ta' xeni jew figuri.
Il-Media Centre ghamel ghazla ta' sitt ittri dekorati  li juru episodji ewlwnin mill-hajja ta' Gesu u minnhom inhadmu riproduzzjonijiet ta' l-oghla kwalita. Kull wahda mis-sitt riproduzzjonijiet hi stampata b'ilwien hajjin u ndurata bid-deheb.Ix-xeni juru: it-twelid ta' San Gwann Battista, it-twelid ta' Gesu, l-Adorazzjoni tal-Magi, Il-prezentazzjoni ta' Gesu fit-tempju, l-ahhar Cena u Pentecoste.
Is-sett hu pprezentat f' kaxxa trasparenti flimkien ma ktejjeb ta' taghrif siewi dwar il-volumi korali u fuq kull riproduzzjoni.

 

IL-GENSillum - il-gazzetta ta' kull nhar ta' Sibt li taghti 'dawl Nisrani fuq il-hajja madwarna"

Hawnhekk jidhru artikli, wiehed differenti kuljum,  li jkunu dehru fil-GENSillum matul il-gimgha.

Gradwazzjoni f’San Blas

“Trid taccetta li ghandek problema, anki jekk mhux dejjem jirnexxilek. Trid tibqa’ temmen. Kuragg, gheziez. Jien illum m’ghadnix nibza’ mill-futur. Success kien hawn hafna”.

Din kienet il-qofol tal-istqarrija li ghamlet omm mugugha, li però qatt ma naqsitha t-tama li binha jaghmel l-ikbar rebha fil-hajja tieghu, ir-rebha kontra l-vizzju tad-droga. 

Hi wahda mill-istqarrijiet li hargu fil-Lejla ta’ Solidarjeta’, li kellha bhala motto ‘Qum u Imxi’, li saret it-Tlieta li ghadda, u li matulha saret il-gradwazzjoni ta’ ghaxar guvintur u tfajla f’San Blas, immexxi mill-CARITAS. Dawn iz-zghazagh ilkoll illum qed jghixu tama gdida. 

Fi kliem Mons Victor Grech, Direttur tal-CARITAS, “kull bidla ghall-ahjar issehh meta l-bniedem jaghraf fejn hu, jaccetta r-responsabbilta’ ta’ ghemilu, juri rieda li jrid iqum, jaccetta l-ghajnuna u jaghmel l-ewwel pass ghax ikun irid hu u mhux ghax ikun imgieghel”.

Dan irnexxielhom jaghmluh il-11 zghazagh fir-realtajiet differenti tal-hajja taghhom. Irid jinghad ukoll li guvni minnhom u t-tfajla, ta’ 28 u 22 sena rispettivament, jinsabu f’relaz-zjoni b’sahhitha. Tenard u Stephanie llum jaqsmu l-imhabba ta’ bejniethom u minnha jgawdi l-wild taghhom, binhom ta’ sentejn. Ma’ dawn, fost ohrajn, missier ta’ tifel ta’ seba’ snin. 

Ilkoll emmnu fil-programm ta’ rijabilitazzjoni. Emmnu li skont il-filosofija tal-istess programm, kienu jinsabu f’bahar wiehed. Emmnu li f’dal-livell setghu jitfghu l-gheruq u jikbru, “mhux izjed wahedna, bhallikieku mejtin, imma hajjin ghalina nfusna u ghall-ohrajn”.

Dan hu l-istess sens ta’ hajja li nebbah it-tema tal-lejla f’San Blas: QUM U IMXI. Tabilhaqq jinkwadra l-kliem espress fid-diversi xiehda li nghatat minn persuni differenti. Fi kliem wiehed mill-gradwati, Simon, ta’ 30 sena, “illum wara erba’ snin nista’ nghid li lestejt il-programm u minn hawn ’il quddiem tibda l-verita’. Illum ghandi relazzjoni stabbli u tajba hafna, li minnha ghandi tifel ta’ seba’ snin, Gareth. Nixtiequ jkun jaf li hu veru specjali ghalija u li huwa qalbi. U jien bhal haddiehor, ma nistax nghix minghajr qalb, u ghalhekk nixtieq nghidlu li nhobbu hafna”.

Tahlita ta’ emozzjoni fir-realta’ tal-hajja ta’ dawn il-gradwati li issa li temmew b’success il-kors ta’ rijabilitazzjoni mid-droga, iridu jghixu sodi. Jinkwadra tajjeb immens kliem Dale Carnegie, maghzul bhala r-riflessjoni fuq il-fuljett stampat ghall-okkazjoni, li qal li “hafna mill-iktar affarijiet importanti fid-dinja  saru minn nies li ppruvaw fuq li ppruvaw meta deher li ma kien fadal ebda tama”.

Il-problema tad-droga f’Malta u l-ghajnuna li tinghata mill-CARITAS, wiehed jista’ jarahom f’termini ta’ cifri. Skont it-treatment demand indicator tas-sena 2008, kienu 691 persuna bil-problema tad-droga, flimkien ma’ familjari taghhom, li resqu ghall- ghajnuna mill-Caritas. Minn dawn, 84.2 fil-mija kienu rgiel filwaqt li 15.8 fil-mija kienu nisa. F’kuntrast mas-sena 2004, jigifieri fi zmien erba’ snin, irid jinghad li kienet registrata zieda ta’ 33.4 fil-mija. 

Filwaqt li rrizulta li aktar nies qed jersqu ghall-ghajnuna, kien osservat li l-eta’ medja ta’ dawn in-nies fl-2008 kienet ta’ 24 sena, meta fl-2004 kienet ta’ 19-il sena. Il-maggoranza tal-klijenti, jigifieri 40.2 fil-mija, fittxew l-ghajnuna minn rajhom. Ma naqsux, ghaldaqstant, dawk li kienu rifer-uti minn membri tal-familja, 31.4 fil-mija, u dawk li rriferewhom hbieb, 12.9 fil-mija. 

Dawk li qalu li jghixu f’akkomodazzjoni stabbli kienu 80.5 fil-mija, waqt li 8 fil-mija qalu bil-kontra. Ir-realta’ tinkixef anki fejn jirrigwarda x-xoghol. Waqt li 40.4 fil-mija qalu li kellhom impjieg, 44.9 fil-mija qalu li ma kellhomx. Dwar l-uzu perse tad-droga, jirrizulta li l-uzu tal-eroina bhala d-droga primarja naqas f’kuntrast mal-2004, b’16.3 fil-mija, filwaqt li dawk li wzaw id-droga kokaina bhala d-droga primarja zdiedu fl-istess perijodu ta’ zmien b’21.1 fil-mija.

Kien hemm ukoll persentagg imhallat ta’ nies li wzaw droga bhall-kannabis (34.4 fil-mija), kokaina (19.4 fil-mija), ecstasy (2.2 fil-mija) u sustanzi ohra (2.7 fil-mija) bhala droga sekondarja. Meqjusa wkoll allarmanti huma l-etajiet komuni kkwotati ghall-ewwel uzu tad-droga. 

Tirrizulta l-eta’ ta’ 14-il sena ghall-ewwel uzu tal-eroina, l-eta’ ta’ 15-il sena ghall-ewwel uzu tal-kannabis u l-eta’ ta’ bejn 15 u 16-il sena ghall-ewwel uzu tal-kokaina. F’dak li jirrigwarda trattament u kura, irid jinghad li fis-sena 2008, mis-691 klijent li fittxew l-ghajnuna, 81.8 fil-mija komplew il-kura, waqt li 18.2 fil-mija interrompewha. Fuq is-sena ta’ qabel kienet registrata wkoll zieda ta’ sitta fil-mija fil-klijenti li komplew il-kura.

Fir-riflessjonijiet tieghu abbazi ta’ din l-istatistika ta’ dawk li qed ifittxul-ghajnuna tal-CARITAS, Mons Grech afferma wkoll x’qieghed jigi offrut fil-Progett TAMA GDIDA. Fost stqarrijiet ohrajn, qal li “r-rijabilitazzjoni tal-persuna ma ghandhiex titqies bhala attentat biex tigi riformata l-imgiba negattiva ta’ persuna, izda bhala process ta’ trasformazzjoni tal-persuna, jew bidla radikali taghha”.

Mons Grech temm jidentifika t-tishih fil-familja bhala wiehed mill-aqwa rimedji kontra l-uzu tad-droga u x-xorb alkoholiku. Fi kliemu: “Nazzjon li jinvesti fis-shih biex isahhah il-familja, ikun qed jibni fis-sod”.

Fid-dawl tal-familja bhala l-bazi tas-socjeta’, kien fuq l-istess linji l-messagg tal-Arcisqof Pawlu Cremona OP, li accenna ghall-ghazliet li trid taghmel is-socjeta’.

“Ahna rridu nkomplu poplu li jaghmel l-ghazliet. Jekk ma jkollniex dan l-impenn, is-socjeta’ ma tinbeniex wehidha”. Mons Cremona kompla li “l-veru dawl ta’ min lest li jibni s-socjeta’ hu li kapaci jehodha kontra dak li hu hazin. 

“Insejjah lis-socjeta’ taghna biex ma nhossuniex bla sahha quddiem dal-mewg li tant qed jikkaguna qerda u tbatija fost kulhadd, specjalment fost iz-zghazagh u l-genituri taghhom. Insejjah sabiex niehdu s-socjeta’ f’idejna.”

Intant, il-President ta’ Malta, Dr George Abela, filwaqt li naghqad fir-riflessjonijiet li saru matul il-lejla ta’ solidarjeta f’San Blas appella biex “is-socjeta’ thares lejn dawn iz-zghazagh u tintegrahom illum qabel ghada fis-socjeta’ taghna, tghinhom f’dal-process li bdew halli huma wkoll isibu dis-socjeta’ hanina li tant niftahru biha, lesta li tintegrahom fil-qasam tax-xoghol, fil-qasam socjali halli jidhlu fil-mainstream.

“B’impenn, ejja nghinu lil dawn iz-zghazagh u naghtuhom futur li ghandhom dritt jaspiraw ghalih,” temm il-President Abela.

Il-Media Centre tal-Arcidjocesi 
fis-servizz tal-Kelma

Il-Media Centre ihaddan sitt taqsimiet:
l-Istamperija
Id-dipartiment tal-Pubblikazjonijiet
Il-gazzetta 'il-GENSillum'
Is-Segretarjat Komunikazjoni Socjali
Id-dipartiment tar-Reklamar,
It- TV Unit,
Il-hanut 'Il-Qarrej Nisrani' u
Id-dipartiment tal-Accounts. .
Fl-istess bini hemm ukoll l-istudios ta' Radju RTK bl-impjegati tieghu.
Dawn id-dipartimenti kollha, flimkien ma Radju RTK ihaddmu 'l fuq minn 30 impjegat tal-fiss u ghadd ta' impjegati ohra part-time


Media Centre: Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda HMR02 -tel:25699000; email: admin@mediacentre.org.mt