Il-Media Centre ta' l-Arcidjocesi ta' Malta, twaqqaf b'digriet mahrug minn Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca, f'Settembru 1980.
Dan sar bl-inizjattiva li kienet inbdiet mill-Kummissjoni Komunikazzjoni Socjali, il-Fakulta' tat-Teologija u s-Seminarju, bis-sahha ta' Fr Joe Borg li kien ukoll l-ewwel Chairman ta' dan ic-Centru.
Fl-istess zmien, kien beda ukoll it-tifsil ta' pjan u l-produzzjoni ta' ghodda mehtiega, bhal m'huma l-awdjovizivi, biex jghinu lil dawk li jwasslu l-messagg Nisrani u ghall-introduzzjoni ta' Media Education fl-iskejjel u biex seta' jitwieled il-'Klabb Qari Nisrani'.Nistghu nghidu li llum, is-suggett ta' Media Education hu mdahhal fil-kurrikulu tal-iskejjel kollha tal-Knisja u f'diversi skejjel privati.
Il-Media Centre wiret ukoll il-hidma tal-hrug tal-klassifika ufficjali tal-films li jkunu qed jidhru fis-swali tac-cinema f'pajjizna.Din il-Gwida tinbghat lill-parrocci kollha u lil kulmin jitlobha..
Il-'Klabb Qari Nisrani' hareg l-ewwel ktieb tieghu bl-isem 'Illustrissimi', fil-bidu tas-sena 1982 u beda jippublika medja ta' sitt kotba godda kull sena. Sal-lum, il-Klabb ippubblika 'l fuq minn mitt ktieb u l-Media Centre stampa aktar minn kwart ta' miljun kopja minnhom.
Kien hemm holma ohra li kienet bdiet tiehu sura - dik li l-Media Centre jkollu Recording Studio fi hdanu. Bl-ghajnuna ta' benefattur kbir, il-holma saret realta' u l-istudjo kien inawgurat fil-bini ta' l-Istitut Kattoliku, fl-10 ta' Frar 1983.
Kien f'dan iz-zmien ukoll li c-Centru nghata struttura professjonali. Bla dubju ta' xejn, l-akbar bicca xoghol ta' dan iz-zmien kienet hidma flimkien mal-Ghaqda Biblika Maltija biex kienet ippublikata ghall-ewwel darba, 'Il-Bibbja' bil-Malti f'volum wiehed.
Il-Media Centre baqa' ghaddej 'il quddiem u rnexxilu jwettaq erba' fost l-akbar progetti li qatt kien responsabbli ghalihom -
* il-bidla tal-istamperija tal-Knisja minn 'letterpress' ghal sistema 'offset';
* jiehu hsieb ix-Xandir Religjuz fuq ir-Radju u t-Televizjoni Nazzjonali;
* l-attrezzar mill-gdid tal-hanut tal-kotba 'Il-Qarrej Nisrani' u
* il-pubblikazjoni ta' gazzetta gdida darba fil-gimgha.
Il-gazzetta l-gdida, bl-isem 'Il-Gens', harget ghall-ewwel darba f'April 1988, u kienet l-ewwel gazzetta nazzjonali f'Malta li nhadmet bis-sistema ta' 'Desktop Publishing'.
Forsi l-akbar sfida li qatt kellu l-Media Centre mit-twaqqif tieghu grat meta l-Knisja laqghet l-offerta biex twaqqaf stazzjon tar-Radio. Kien ukoll bl-ghaqal u l-hidma sfiqa ta' Fr Joe Borg li l-Knisja setghet taghti hajja lil Radju RTK. Ghalkemm il-Media Centre u Radju RTK huma zewg organizzazzjonijiet differenti, instab mod kif dawn setghu jahdmu flimkien. Infatti ghadhom sal-lum juzaw post wiehed u jaqsmu bejniethom hafna servizzi.
Diversi dipartimenti tal-Media Centre kienu nvoluti fl-organizzazzjoni ta' l-ewwel zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II fl-1990. L-istess dipartimenti, din id-darba f'sinergija ma' Radju RTK, taw l-ghajnuna shiha taghhom fil-thejjija u waqt iz-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II fis-sena 2001. Il-hidma flimkien ta' l-imjegati kollha ghenet mhux ftit biex dawn iz-zewg okkazjonijiet u ohrajn bhalhom, baqghu mfakkra f'pajjizna.
Mas-snin, baqa' jsir titjib fis-servizzi ezistenti u jitwieldu inizjattivi ohra godda, fosthom il-ftuh ta' hanut 'Il-Qarrej Nisrani' f'Birkirkara li ha post il-hwient l-ohra li kien hemm fil-Belt Valletta u fil-Hamrun..
L-ahhar zvilupp kien it-twelid tat-TV Unit f'Gunju 2002. L-ghan tat-TV Unit huwa li jghin biex il-messagg tal-Knisja f'Malta ikun jista' jikseb prezenza usa fil-qasam televiziv, permezz ta' produzzjonijiet li jrawwmu u jishqu fuq il-valuri umani u nsara f'pajjizna.
F'isem l-Arcidjocesi, l-impjegati f'dawn l-oqsma kollha jaghmlu hilithom biex ikomplu jwettqu progetti u jfasslu diversi hidmiet li flimkien iwasslu biex ikomplu jaqdu dmirijietom - fis-servizz tal-Kelma.